Malti (Maltese)

Informazzjoni dwar il-kanċer u sapport għal persuni li jitkellmu bil-Malti 

Il-kanċer huwa diffiċli għalik u għall-familja tiegħek, imma m’intix waħdek. Aħna qegħdin hawn biex nissapportjawk.  

Kwalunkwe persuna tista’ tikkuntattjana b’mistoqsijiet dwar il-kanċer, prevenzjoni, trattament u servizzi ta’ sapport, inkluż qraba, ħbieb, u kerers.  

Cancer Council Victoria għandha ħafna  servizzi ta’ sapport bla ħlas biex jgħinuk.  Nistgħu ngħinuk ukoll biex ngħaqqduk ma’ servizzi oħra ta’ sapport fil-Victoria li huma addattati għalik. Ma ġara xejn jekk ma tafx x’servizzi jeżistu, aħna nistgħu nissuġġerixxu xi affarijiet biex ngħinuk.  

Aħna nistgħu ngħinu billi nipprovdu: 

 

Informazzjoni bil-Malti 

Tista’ taqra jew tisma’ traduzzjonijiet fil-maġġoranza tal-lingwi tal-komunità fuq il-websajt tagħna billi tuża t-toolbar ta’ aċċessibilità fir-rokna ta’ fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna u billi tagħżel il-lingwa tiegħek. It-toolbar tista’ wkoll tgħin lill-persuni bi problemi ta’ viżta jew smigħ jew lil dawk b’diżabiltà biex jitgħallmu.  

Għandna wkoll traduzzjonijiet akkreditati min-NAATI ta’ ħafna mir-riżorsi tagħna fit-tabella t’hawn taħt. 

Ikkuntattjana bil-Malti 

Ikkuntattjana billi   

  • tibgħatilna messaġġ fuq il-midja soċjali  

  • tibgħatilna email 

  • iċċemplilna. 

Kulħadd jista’ jikkuntattjana, inkluż ħbieb u membri tal-familja. Dan huwa bla ħlas u kunfidenzjali. 

Ċempel 13 11 20 biex titkellem bl-Ingliż. 

Ċempel 13 14 50 biex tkellimna bil-Malti permezz ta’ interpretu.   

Meta ċċempel, semmi l-lingwa tiegħek, imbagħad staqsi lill-interpretu biex iċempel lill-Cancer Council fuq 13 11 20.  

Ma nistgħux nipprovdu parir mediku individwali.